Paola Council holding Al Jolson exhibition

2
199

Il-Kunsill Lokali Paola bl-ghajnuna tas-Sur Vince Williams (membru tas-Socjeta Internazzjonali Al Jolson) qed jorganizza wirja b’tifkira tad-90 sena anniversarju mill-wiri tal-ewwel film talkies “The Jazz Singer”.

Din il-wirja ser tinkludi diversi ritratti u materjal ieħor relatat ma’ dan l-ewwel film talkies u l-istorja taċ-ċinema f’Paola. Ser jintwerew ukoll siltiet mill-istess film bl-attur principali ikun il-kantant Al Jolson.

Il-Kunsill Lokali Paola hass li jkun tassew xieraq li din il-Wirja tkun qed titella fil-bini tal-Kunsill Lokali hekk kif din il-lokalita kienet moghnija b’bosta cinema differenti tul is-snin.

Permezz ta’ din l-email il-Kunsill Lokali Paola qiegħed jistieden lil media lokali sabiex tattendi ghall-inawgurazzjoni ta’ din il-Wirja li ser issir ghada il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru 2017 fid-9.30am fejn qabel ser tigi wkoll imħawla siġra fil-ġnien Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid biex jitfakkar id-90 sena mill-wiri tal-ewwel film mitkellem. Il-Wirja tibqa miftuha sal-Hamis 12 ta’ Ottubru.

Il-membri tal-Media ser jkollhom l-opportunita li jieħdu wkoll kummenti ta’ persuni li jiftakru t-Talkies meta kienu in voga bħala mezz ta’ divertiment ewlieni.

  • Censu W. Muscat

    Well done to the Paola Local Council for celebrating the 90th anniversary from the making of the first talking picture “The Jazz Singer”.